Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-Isqfijiet fil-Kenya jappella għar-rispett lejn il-Qorti Suprema

.     -  13/09/17 05:00 PM

L-Isqfijiet Kattoliċi fil-Kenya appellaw lill-poplu biex jirrispettaw l-indipendenza, id-dinjita’ u l-integrita’ tal-Qorti Suprema u l-Istituzzjonijiet Kostituzzjonali tal-pajjiż anke meta ma jqablux mad-deċiżjonijiet tagħhom.

L-Isqfijiet li ħarġu messaġġ dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż, faħħru lill-partit politiku National Super Alliance li fetaħ kawża quddiem il-Qorti Suprema dwar ir-riżultat elettorali, kif tipprovdi l-Kostituzzjoni,  flok qagħad jagħmel qorti tal-opinjoni pubblika biex jikkontesta lill-President Kenyatta li skont ir-riżultat rebaħ lil Raila Ordinga.

L-appell li sar mill-Oppożizzjoni ntlaqa’ mill-Qorti Suprema li sabet li saru xi irregolaritajiet u ordnat li jsiru elezzjoni ġodda fi żmien xahrejn.  Il-Kummissjoni Elettorali ffissat id-data tas-17 ta’ Ottubru biex terġa’ ssir l-elezzjoni.

Madankollu d-deċiżjoni tal-Qorti ġienet tensjoni qawwija u theddid għall-ġudikatura. Kien f’dan il-kuntest li l-Isqfijiet appellaw għar-rispett lejn l-indipendenza, id-dinjita’ u l-integrita’ tal-Qorti. Huma qal li filwaqt li kulħadd jista’ jikkritika kull istituzzjoni li ma jaqbilx magħha, attakki li jnaqqsu mill-integrita’ tal-ġudikatura jew xi istituzzjoni pubblika oħra, għandhom jieqfu.

L-Isqfijiet qalu li huma mħassba mit-theddida tan-National Super Alliance li jibbojkottjaw l-elezzjoni presidenzjali l-ġodda jekk ma jintlaqax l-ultimatum tagħhom.

Raila Odinga, il-Kap ta’ dan il-partit qed jitlob li jkun hemm tibdil fil-Kummissjoni Elettorali u li tkun riveduta s-sistema elettronika tal-votazzjoni.

Il-bieraħ tħabbar tibdil fil-Kummissjoni Elettorali li in parti jilqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni li pero’ ma kkummentatx dwaru.

Min-naħa tagħhom l-Isqfijiet qed joffru s-servizzi tagħhom biex jiffaċilitaw li jsiru taħditiet immedjatai biex jinstab kunsens u tinbena fiduċja li fiha jkunu jistgħu jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali l-ġodda.