Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Irma: Tmienja mejta wara li dar tal-anzjani tagħmel jiem mingħajr elettriku

Michela Catania  -  13/09/17 06:07 PM

Tmien persuni mietu f’dar tal-anzjani fi Florida li spiċċat mingħajr provvista tal-elettriku għal jiem anke wara li l-Uragan Irma spiċċa fix-xejn.

Minn din il-faċilità, il-Pulizija evakwaw 115-il resident matul il-ġurnata tal-bieraħ.

Is-Sindku ta’ Broward Country, Barbara Sharief qalet li tliet anzjani nstabu mejta fil-faċilità. Ħamsa oħra mietu l-isptar.

Minn tal-inqas għaxar miljun persuni għadhom mingħajr dawl fi Florida, Georgia u l-Carolinas wara l-Uragan Irma.

Il-maltempata, li ħasdet il-ħajja ta’ kważi 24 persuna fl-Istati Uniti laqtet lil Florida l-Ħadd li għadda bħala Uragan ta’ kategorija erba’ qabel ma ddgħajfet għal maltempata tropikali.

Qabel ma laqat Florida, l-Uragan għamel ħerba mill-Karibew fejn mietu minn tal-inqas 40 persuna.