Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

MCAST u Enemalta bi ftehim ta' taħriġ fis-settur tal-enerġija

13/09/17 03:17 PM

L-MCAST u l-Enemalta ffirmaw ftehim ta’ ħames snin sabiex jiġi provdut taħriġ lill-impjegati tal-kumpanija kif ukoll riċerka u boroż ta’ studju fis-settur tal-enerġija għall-istudenti tal-kulleġġ.

Il-ftehim ġie iffirmat fl-istitut tax-xjenza fil-kampus prinċipali tal-MCAST, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-kulleġġ ħa jservi ta’ spalla esperta sabiex tgħin fl-iżvilupp ta’ dawn il-programmi ta’ taħriġ fi ħdan l-Enemalta, filwaqt li jħeġġu l-innovazzjoni u żvilupp f’dan is-settur tant importanti.

Il-ftehim ġie ffirmat minn Dr Silvio De Bono, President tal-Bord tal-Gvernaturi, u ċ-Ċermen Eżekuttiv ta' Enemalta plc Frederick Azzopardi.