Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

MCAST: B'ċans li jistudjaw fl-Università ta' Manchester

13/09/17 03:26 PM

Studenti tal-MCAST se jkollhom ċans jistudjaw fl-Università ta' Manchester.

Dan tħabbar f'konferenza li saret mill-MCAST dwar il-qasam tal-enerġija, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet globali u reġjonali, permezz ta' apparat innovattiv.

Din il-konferenza ġiet indirizzata mill-Professur Joseph Mutale mill-Università ta’ Manchester u l-Professur Ralph Gottschalg mill-Univeristà ta’ Loughborough.

Dawn tkellmu dwar id-dikarbonizzazzjoni mill-industrija tal-elettriku. Kelliema lokali inkludew lill-Professur Luciano Mule’ Stagno mill-Università ta’ Malta, flimkien ma' għadd ta’ riċerkaturi.

Grupp ta’ riċerkaturi mill-Universita ta’ Manchester, iffirmaw pledge sabiex jassiguraw li ż-żewġ partijiet jesploraw il-possibilità li jiffirmaw memorandum ta’ ftehim, li tipporovdi boroż ta’ studju fl-Università ta’ Manchester għal studenti tal-MCAST.