Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Miranda viċin li jġedded il-kuntratt ma’ Inter

Cristian  Muscat  -  13/09/17 05:24 PM

Inter qed jiddiskutu l-kuntratt tal-internazzjonali Brażiljan Joao Miranda. Il-plejer, illi kellu staġun diżappuntanti taħt De Boer u Pioli, f’dawn l-ewwel ġranet tal-kampjonat qed jimpressjona ferm u skont ma qal hu stess, jinsab kuntent ferm mal-kowċ Luciano Spalletti.

Huwa għalhekk illi d-diriġenti ta’ Inter qed iħeġġuh sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu għal tliet snin oħra sabiex jistabbilixxi ruħu mat-tim minn Milan.

Miranda għandu 33 sena u qed iħares lejn sejħa mat-tim nazzjonali Brażiljan sabiex jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja illi ġejja.