Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Parlamentari Ngliż jiddefendi t-twemmin tiegħu konra l-abort u ż-żwieġ bejn l-istess sess

.     -  13/09/17 12:00 PM

Il-ġimgħa li għaddiet il-membru parlamentari Konservattiv Ngliż, Rees-Mogg, f’intervista fil-programm tal-BBC “Good Morning Britain” ta xiehda qawwija tat-twemmin Kattoliku tiegħu, partikolarment kontra l-abort u d-difiża tiegħu għall-ħlejjaq mhux mitwielda kif ukoll għall-oġġezzjoni tiegħu għaż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

L-Isqof Philip Egan faħħar ix-xiehda qawwija li ta dan il-membri parlamentari filwaqt li l-Isqof Mark Davies ammirah għax bla biża’ ta’ xejn iddefenda t-twemmin nisrani li fuqu hi mibnija s-soċjeta’.

Il-blogger Mark Lambert qal li Rees-Mogg wera lill-Kattoliċi kif għandhom jiddjalogaw mas-soċjeta’.  Hu ma qagħadx iġib skużi u wera qawwa u intelliġenza kbira biex jiddefendi dak li jemmen fih. “Dan hu li rridu naraw mill-politiċi tagħna”.  Hu spjega b’mod ċar id-dikotomija bejn il-liġi tal-bniedem u dik ta’ Alla.

Fr. Edward Tomlinson qal li l-intervista kienet imbarazzanti għax l-intelliġenza tal-membru parlamentari poġġiet lill-intervistatur f’postu. Hu faħħar il-kuraġġ li wera Jacob Rees Mogg u l-konvinzjoni li biha tkellem.

Kien hemm oħrajn li filwaqt li ferħu lil dan il-membru parlamentari għall-intervista li ta, sostnew li seta’ kien aktar attent. Dan għaliex fl-intervista Rees-Mog implika li hu jopponi l-abort u ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess fuq il-bażi tal-fidi tiegħu meta dwar din l-oppożizzjoni jaqblu anke dawk li m’humiex kattoliċi.

Ed Condon, avukat tal-Liġi Kanonika qal li l-intervista ta’ Rees-Mog kienet tajba. Għalkemm il-preżentaturi tal-programm bla mistħija ta’ xejn ippruvaw ikissruh biex jieħdu minn għandu xi kwotazzjoni ta’ kundanna għal persuni gay, hu ma lissen xejn negattiv dwar dan in-nies. L-isbaħ ħaġa fl-intervista kienet li l-parlamentari “wera li hu possibbli li wieħed iżomm it-twemmin tiegħu minkejja l-avversita murija mill-intervistaturi u jibqa’ pożittiv, ma jitħammiġx u ma jagħmilx kompromessi ma’ dak li jemmen. F’dan ir-rigward kien ta’ eżempju għal kulħadd.