Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Roberta Metsola waħda mill-membri tal-Kumitat il-Ġdid tal-UE kontra t-Terroriżmu

Michela Catania  -  13/09/17 04:36 PM

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola hija waħda mit-tletin membru li se jiffurmaw parti mill-kumitat speċjali l-ġdid kontra t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea (UE).

Il-kumitat, li ġie approvat waqt sessjoni plenarja t-Tlieta li għadda, se jistudja t-theddid tat-terroriżmu f’kull Stat Membru tal-UE, u jissuġġerixxi kif in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet fil-miżuri Ewropej kontra t-terroriżmu jistgħu jiġu eliminati.

L-ewwel laqgħa tal-kumitat se ssir għada fi Strasburgu, sabiex jiġu eletti l-president, il-viċi president u l-relatur (rapporteur).

Il-kumitat għandu mandat ta’ 12-il xahar, li jista’ jiġġedded jekk ikun hemm bżonn.