Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Tar-roti jaqdfu anki għall-Baġit

Josianne  Camilleri  -  13/09/17 11:36 AM

Iċ-ċiklisti qed iressqu numru ta’ proposti għall-baġit, li mistenni jiġi ppreżentat fid-9 t’Ottubru.

Il-Bicycling Advocacy Group qal fi stqarrija li dawn huma miżuri meħtieġa immedjatament biex it-traffiku jibqa’ miexi:

  1. 20% tal-baġit tat-trasport biex titwitta t-triq għal proġetti li jħeġġu l-mixi u l-użu tar-roti fit-toroq. Dawn iwasslu għal użu akbar ta’ mezzi tal-massa, fosthom tal-linja u l-lanċa.
  2. Skemi favur min juża r-rota, fosthom showers u post għall-irbit sigur tar-roti.
  3. Inċentivi fiskali għal min juża r-rota għax-xogħol, bħal ma hemm fi Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit u pajjiżi oħra tal-UE.
  4. Titneħħa l-VAT minn fuq il-kiri tar-roti.
  5. Appoġġ lill-kumpaniji u kunsilli lokali li jinvestu fi skemi li jħeġġu l-użu tar-roti.
  6. Tax credits għal min juża rota ma’ ħaddieħor (bicycle sharing).
  7. Inċentivi fiskali għal entitajiet kummerċjali li jwasslu l-affarijiet bir-roti jew bir-roti bil-batterija; kif isir fi bliet mimlija traffiku fl-Ewropa.
  8. Politika fiskali iktar aggressiva li tgħin lil min jixtri rota. Eż tnaqqis ta’ 50% tal-ispiża għax-xiri ta’ rota bil-batterija 250w u għax-xiri tal-batteriji.