Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Tixtieq tgħin lil tad-Dwana nhar is-Sibt?

Charmaine  Attard   -  13/09/17 08:52 PM

Aktar minn 40 impjegat tad-Dwana, nhar is-Sibt li ġej se jipparteċipaw f’impenn nazzjonali ta’ tindif fil-Jum Dinji għat-Tindif.

L-impjegati se jinqasmu f’żewġ gruppi biex jitnaddfu l-inħawi tat-terminal l-antik tal-ajruport f’Ħal Luqa u l-inħawi ta’ Mifsud Verandah u Newport Bonded Stores fil-Marsa.

Id-Dipartiment tad-Dwana qed iħeġġeġ lir-residenti ta’ Ħal Luqa u tal-Marsa, biex  is-Sibt jingħaqdu mal-impjegati fit-8am, biex it-tindif jitlesta f’ħin qasir.

Dawn l-attivitajiet se jsiru bħala parti minn programm ta’ attivitajiet li jwasslu għal Jum id-Dwana,  li d-Dipartiment tad-Dwana se jiċċelebra fit-22 ta’ Settembru, l-impjegati tad-Dipartiment qegħdin jieħdu numru ta’ inizjattivi li jagħtu xhieda tar-responsabbiltà soċjali.

Ma’ inizjattivi oħra li se jkun qiegħed jieħu d-Dipartiment, marbuta ma’ Jum id-Dwana, hemm jum li se jkun iddedikat għall-għoti tad-demm u ġabra minn fost l-impjegati kollha biex tingħata donazzjoni lil Millenium Chapel.