Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Filmat: Il-PM b'appell għall-għaqda fl-ewwel mitt jum

Yendrick  Cioffi  -  14/09/17 08:13 AM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-missjoni tal-Gvern u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu għandha tkun li flimkien “inħejju lil Malta għall-futur.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’messaġġ li wassal fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura.

Il-messaġġ kien jiffoka l-aktar fuq il-bżonn tal-għaqda fil-pajjiż, għax fi kliem il-Prim Ministru “Malta tkun lesta għall-futur jekk naħdmu bħala pajjiż wieħed.”

Huwa qal li l-Gvern irid iħares ‘il quddiem biex iħalli infrastruttura, liġijiet, qasam soċjali, ekonomija u oqsma oħra aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Ta ħarsa lejn dak li seħħ fl-aħħar mitt jum u qal li l-pajjiż baqa’ għaddej b’ritmu iżjed mgħaġġel minn dak li kien għaddej bih qabel l-elezzjoni.

Iddeskriva l-aħħar kampanja elettorali li għaddiet bħala l-iżjed waħda difiżiva imma fi kliemu l-poplu għaraf  li għandu bżonn jibqa’ miexi fl-istess triq li qabad.

Qal li l-pajjiż reġa’ lura għan-normalità u t-trankwillità tħalli l-aħjar riżultati. Saħaq li fl-aħħar mitt jum il-pajjiż ra riżultati ekonomiċi li qatt qabel ma kien ra bħalhom.

Dr Muscat qal li l-pass li jmiss huwa li l-Gvern jibda jwettaq il-programm elettorali li ddeskrivih bħala “ambizzjuż.”

Semma kif fil-Baġit li jmiss se jkun “pass importanti” biex il-Gvern jiżra dak li ħasad fl-aħħar leġiżlatura.

Mill-ġdid appella għall-għaqda u temm jgħid li l-pajjiż “jimrah ‘il quddiem għax il-poplu tagħna magħqud jikseb ħafna aktar.”