Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Isqof Taljan jistieden lill-media biex tħares sew lejn il-mera

.     -  14/09/17 12:00 PM

Mons Mario Toso l-Isqof ta’ Faenza-Modigliana fl-italja, fi ktieb li għadu kif ippubblika akkuża lill-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa li saru l-imħallef tal-istatus soċjali tal-persuni u bidlu l-istruttura tal-familja u naqqsu r-rwol tradizzjonali tal-Awtorita’. Hu akkuża lill-media, partikolarment il-media soċjali li qed timmanipula u tindotrina l-opinjoni pubblika u tikkomprometti u l-indipendenza u l-awtonomija deċiżjonali tal-individwi.

Bejn l-2009 u l-2015 Mons Toso kien  it-tieni l-ogħla uffiċjali tal-Kummissjoni Pontifiċja Ġustizzja u Paċi. Dak li hu nteressanti f’dan l-Isqof Salesjan hu li kull darba li jitkellem fuq xi ħaġa li għandha x’taqsam mat-tagħlim soċjali tal-Knisja – l-ambjent, il-gwerra u l-paċi, il-faqar, l-abort, id-difiża tal-ħajja umana – dejjem hu ċar ħafna dwar il-pożizzjoni tal-Knisja, mingħajr ma jipprova jimpressjona.

Min jaf lil dan l-Isqof iqisu bħala bniedem kalm u miġbur fi ħsibijietu u jżomm mat-tradizzjoni. F’dan is-sens hu jfakkarna li t-tagħlim soċjali tal-Knisja mhux dwar xi persuna partikolari imma hu korp ta’ tagħlim.

L-Isqof ifakkar fil-ktieb tiegħu li hi x’inhi l-biografija tal-personalitajiet tal-Knisja, bħalma huma l-Papiet, id-dutrina soċjali li jitkellmu dwarha m’hix xi ħaġa tagħhom personali imma hi sett ta’ prinċipji żviluppati li huma akbar minn xi personalita’ waħda.

Il-ktieb intitolat “Nonviolence: Styles of new politics for peace” ħareġ il-ġimgħa li għaddiet, jitratta diversi forom ta’ vjolenza fid-dinja kontemporanja , inkluż il-gwerer, il-gruppi kriminali, it-traffikar uman, l-imigrazzjoni furzata u temi oħra. Iżda ma dawn jinkludi wkoll tip ieħor ta’ vjolenza li hu jsejjaħ “Il-vjolenza mill-mass media”. 

“Ir-risposta naturali għall-vjolenza hi li wieħed jiddefendi ruħu. Iżda lil dawk li lilhom il-vjolenza hi komunikata, anzi inflitta, il-possibilta’ li jiddefendu ruħhom itteħditilhom. B’riżultat ta’ dan, il-media qed tiffavorixxi l-kumulu tal-frustrazzjoni u l-aggressjoni u qed toħloq hi il-vjolenza”, isostni l-Isqof Toso.

Għalhekk hu jistieden lill-media biex tħares sew lejn il-mera u tieqaf ixxerred il-vjolenza hi wkoll.