Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Jinteressani aktar it-tim milli l-unuri personali - Neymar

Cristian  Muscat  -  14/09/17 01:07 PM

Meta mistoqsi minn sit Franċiż dwar il-possibilta’ li jikkontendi l-Ballun tad-Deheb, l-istilla l-ġdida ta’ Paris St Germain Neymar qal illi iktar jinteressah l-unuri kollettivi milli dawk personali.

Fl-ewwel ġranet mat-tim Pariġin, Neymar jinsab ferm għal qalbu u jħossu jiftiehem ħafna maż-żewġ attakkanti l-oħra Mbappe u Cavani.

L-internazzjonali Brażiljan sewa rekord ta’ 222 miljun ewro sabiex ġie trasferit minn Barcelona għal ma’ Paris St Germain.