Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Juventus wara Ardaiz

Cristian  Muscat  -  14/09/17 11:27 AM

Id-diriġenti ta’ Juventus Marotta u Paratici qed jevalwaw il-possibilta’ li jakkwistaw lill-plejer żagħżugħ Urugwajan Joaquin Ardaiz.

Għandu 18 –il sena u jilgħab bħala attakkant mal-klabb ta’ Danubio f’pajjiżu stess. Ħafna jqisuh bħala Edinson Cavani ġdid minħabba x-xamma li għandu għall-gowl u l-wirjiet illi qed jagħti.

Id-diriġenti Juventini ser jippruvaw jiksbu l-firma ta’ dan l-Urugwajan f’Jannar li ġej għalkemm jeżisti intopp żgħir hekk kif il-plejer huwa extra komunitarju u għalhekk hemm kwota ta’ kemm tim jista’ jkollu plejers barra l-Unjoni Ewropea.

Sadanittant klabb ieħor tas-Serie A, Fiorentina wkoll esprimew ix-xewqa li jakkwistawh.