Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-istudenti ta' għada jitħarrġu biex jilqgħu sfidi ġodda

Yendrick  Cioffi  -  14/09/17 11:50 AM

Studenti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta qed jingħataw taħriġ dwar kif it-tablet jista’ jintuża b’mod effettiv fl-edukazzjoni.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni saħaq li s-seklu 21 qed joffri sfidi ġodda fil-qasam tal-edukazzjoni bħal: diversità, inklużjoni, bidliet fis-soċjetà u t-teknoloġija li dejjem qed tavvanza.

Għaldaqstant ittieħdu diversi miżuri biex is-sistema edukattiva tilqa’ għal dawn l-isfidi.

Fost dawn, ġie ffirmat ftehim bejn Id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta bil-għan li għadd ta’ studenti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni jingħataw taħriġ dwar kif it-tablet jista’ jintuża b’mod edukattiv.

Dan hekk kif qed tidħol fis-seħħ it-tieni fażi tal-iskema ‘One Tablet per Child’ li qed igawdu minnha l-istudenti tar-raba’ u l-ħames sena tal-primarja.

Apparti minn hekk, l-istudenti universitarji żanżnu wkoll klassi ġdida fi ħdan id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali.

Il-klassi hi mgħammra bl-aktar teknoloġija avvanzanta bil-wifiboards interattivi u mwejjed b’tablets li jiċċarġjaw mingħajr wires.

L-għan ta’ din il-klassi hu li sservi ta’ mudell għall-iskejjel biex bi ftit ħsieb u b’investiment jkunu jistgħu jadattaw għaż-żminijiet tal-lum. 

Fil-ġimgħat li ġejjin, id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali se jibda jilqa’ xi klassijiet u għalliema minn diversi skejjel biex l-għalliema tad-Direttorat flimkien mal-għalliema mill-iskejjel, jgħallmu flimkien f’ambjent mill-aktar innovattiv.