Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Minn bank-holiday għal kumpens mal-paga

Yendrick  Cioffi  -  14/09/17 12:48 PM

Il-Gvern għaddej bid-diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-wiegħda elettorali biex il-ħaddiema jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli, qalet li l-proposti mressqa jinkludu li l-jiem jittieħdu bank holiday, jiġifieri tingħata ġurnata leave t-Tnejn ta’ fuq il-festa, jew inkella jiżdiedu s-sigħat mal-leave annwali 

Kien propost ukoll li minflok tingħata ġurnata off, jingħata kumpens monetarju lill-ħaddiema.

Min-naħa tagħha, il-Ministru Dalli qalet li d-diskussjonijiet mhux dwar jekk il-ħaddiema għandhomx jingħataw dawn il-btajjel iżda l-mod kif se jingħataw.

“Il-Gvern huma marbut bil-manifest elettorali għat-twettiq ta’ din il-wiegħda,” qalet il-Ministru.

Min-naħa tegħu, is-Segretarju Permanenti Joseph Camilleri qal li t-twettiq ta’ din il-wiegħda, il-Gvern irid jaraha fil-kuntest tar-riforma li qed issir fil-liġi tax-xogħol 

Saħaq li b’iktar diskussjonijiet mas-sħab soċjali, il-Gvern qed jikkonkludi l-abbozz b’aktar miżuri family-friendly u kif ukoll bidliet fil-wage regulation orders.