Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

​Rekord ta’ ordnijiet għal Note 8

Charmaine  Attard   -  14/09/17 12:47 PM

Il-kumpanija multinazzjonali Samsung ħabbret li l-ordnijiet minn qabel tal-mudell Note 8 kienu akbar minn dawk tal-mudelli kollha ta’ qabel. In-Note 8 kien ippreżentat lill-pubbliku għall-ewwel darba fit-23 ta’ Awwissu u mill-għada bdew ħmistax ta’ ordnijiet minn qabel.

Samsung ma żvelatx in-numri preċiżi tal-bejgħ, li issa jiġu ppubblikati mar-rapport finanzjarju li jmiss. Biss, tat xi indikazzjoni, fosthom il-fatt li l-mudelli disponibbli għall-Emirati Għarab Magħquda nbiegħu kollha, filwaqt li l-ordnijiet fil-Korea ta’ Isfel kienu ta 395,000 meta mqabbla ma’ 380,000 għan-Note 7.

Dan ir-riżultat huwa aħbar pożittiva ferm għall-azzjonisti ta’ Samsung, li kienu ftit xettiċi mill-prestazzjoni din is-sena wara d-diżastru medjatiku li rriżultat is-sena meta numru ta’ mowbajls kienu difettużi bil-batteriji tagħhom jikkaġunaw splużjonijiet żgħar.

Il-preżentazzjoni tan-Note 8 tfisser ukoll li se terġa’ tiħrax l-isfida ma’ Apple, li fl-aħħar jiem nediet fis-suq l-iPhone X, mudell b’valur ta’ aktar minn elf ewro, li jinkludi wkoll software ta’ għarfien tal-wiċċ u charging permezz tal-wireless. Fl-istess waqt, Apple nediet ukoll l-iPhone 8 u l-iPhone 8 Plus, fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju ta’ dan l-ismartphone.

L-Awstrija b’bonds għal 100 sena!

F’diversi pajjiżi, il-bonds tal-Gvern raw ir-rati tal-imgħax jinżlu drastikament. Iżda l-Awstrija dan ix-xahar marret pass iktar mill-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea, meta ħarġet bonds li jagħlqu mitt sena oħra. Minkejja li l-imgħax fuqhom ma kienx mistenni jkun ta’ aktar minn 2.15%, għal offerta ta’ €1 biljun, kien hemm talba ta’ xejn anqas minn 11-il biljun.

Fil-preżent, jidher li dawn it-tip ta’ bonds isiru aktar komuni: matul is-sena li għaddiet, il-gvernijiet madwar id-dinja biegħu rekord ta’ 49 biljun dollaru f’bonds li jimmaturaw fuq perjodu ta’ żmien twil ħafna. Dawn it-tip ta’ bonds igawdu minn ċaqliq żgħir ħafna fir-rati tal-imgħax u għalhekk jipprovdu ċertu stabbilità lill-investitur. Is-sena li għaddiet, l-Awstrija biegħet €2 biljun f’bonds għal 70 sena, li bħalissa qed jirrendu madwar 1.8%.

Fil-verità, is-sena l-oħra l-Awstrija diġà ħarġet bond li jiskadi mitt sena oħra, iżda dan kien ristrett għal investituri istituzzjonali biss, kontra dan l-aktar bond riċenti. B’hekk l-Awstrija saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li ħareġ dan it-tip ta’ bond għall-pubbliku. Is-sena li għaddiet, l-Arġentina kienet saret l-ewwel nazzjon fid-dinja li ħadet din id-deċiżjoni.

L-Awstrija, li għandha credit rating fost l-ogħla fl-Ewropa, dak ta’ AAA, qed tbigħ dan il-bond permezz ta’ NatWest Markets, Bank of America Merrill Lynch, Erste Group, Société Générale u Goldman Sachs.

Titjieb il-qagħda tal-banek Taljani

L-hekk imsejħa bad loans jew bad debts tal-banek taljani, jiġifieri dak is-self li jkun hemm riskju kbir li ma jitħallasx lura lill-bank, niżlu b’ammont rekord matul ix-xahar ta’ Lulju, hekk kif is-settur finanzjarju Taljan fl-aħħar beda jgawdi minnn tkabbir ekonomiku akbar u interess ikbar mill-investituri.

Il-valur totali ta’ dan it-tip ta’ dejn naqas bi 18%  għal 173 biljun ewro, l-akbar tnaqqis qatt reġistrat.

L-hekk imsejħa non performing loans kienu mażra fuq il-banek Taljani fl-aħħar snin, fattur li għamilha diffiċli għall-istess banek biex isellfu lill-konsumaturi ġodda. Dan il-fattur affettwa b’mod negattivi l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż. Iżda fl-aħħar, fl-Italja qed tirrenja kunfidenza akbar li l-pajjiż jista’ jerġa’ jqum fuq saqajh. Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Italja fit-tieni kwart tas-sena kienet l-aktar waħda mgħaġġla sa mill-2011.

Dan it-tnaqqis fid-djun ħżiena kien frott ta’ talba akbar mill-investituri biex jixtru dawn it-tip ta’ djun, kif ukoll minn pressjoni regolatorja mill-Bank Ċentrali Ewropew  fuq il-banek biex itejbu l-karti tal-bilanċ tagħhom.

Fil-preżent, l-Italja għandha l-akbar rata ta’ non-performing loans fid-dinja. Kważi nofs dawn id-djun huma marbuta mas-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni. Fost l-akbar ammont li naqas, kien hemm dejn marbut mas-settur tal-manifattura, li naqas b’6 biljun, riflessjoni tal-fatt li l-produzzjoni industrijali f’Lulju żdiedet b’4.4%.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net Tel. 21493250. Tista' tirċievi l-artiklu b'xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.