Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Spalletti juri fiduċja fi Brozovic

Cristian  Muscat  -  14/09/17 12:34 PM

Il-klabb tas-Serie A Inter qed jittamaw illi l-plejer tagħhom  Marcelo Brozovic jerġa jkollu l-aqwa wirjiet tiegħu wara bidu xi ftit diżappuntanti tal-istaġun.

Il-kowċ Interist, Luciano Spalletti jemmen f’dan il-plejer u se jtih iċ-ċans jipproduċi l-aqwa tiegħu hekk kif in-Neroazzurri jilagħbu barra minn darhom għand Crotone nhar is-Sibt illi ġej.

Xi persuni qrib il-klabb minn Milan saqsew lilhom infushom jekk verament Brozovic jiswix il-50 miljun ewro illi Inter ħallsu għalih sentejn ilu.

Brozovic lagħab 71 darba ma’ Inter u skorja disa’ gowls.