Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Torta tal-Lampuki

14/09/17 09:15 AM

Riċetta ta' Anton B. Dougall

 

Ingredjenti:

- 600g għaġina

- 750g lampuki

- 250g tadam mingħajr qoxra, mqatta’

- 250g pastard mgħolli

- 250g puree tat-tadam

- 250g basal imqatta’

- 200g spinaċi mmsajjar

- 150g piżelli

- 100g żebbuġ, (neħħi l-għadma) mqatta

- 3-4 sinniet tewm, imqatta

- 2 bajdiet

- Bajda mħabbta

- Minta friska

- Qoxra tal-lumija mqatta rqiqa

- Żejt taż-żebbuġa

- Melħ u bżar

- Ġunġlien

 

Metodu:

1.        Naddaf il-ħut għalliħ, jew sajru bil-fwar.  Meta jibred neħħilu x-xewk.

2.       Saħħan il-forn għal 190C, Gass 5.

3.       Aqli l-basal u t-tewm ġoż-żejt sakemm jiġu rotob u jieħdu kulur dehbi.

4.       Baxxi n-nar u żid il-ħut, l-ispinaċi, l-piżelli, l-pastard imqatta’, ż-żebbuġ, it-tadam, it-tadam puree, l-qoxra tal-lumija, l-melħ u l-bżar. 

5.       Ħawwad kollox flimkien u sajjar għal ftit minuti.  Neħħi min fuq in-nar u meta jibred ftit, żid iż-żewġ bajdiet.  Ħawwad sew.

6.       Iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ ta’ dixx b’ tlett kwarti minna.  Imla bit-taħlita tal-lampuki.

7.       Ippinzella t-tarf bl-ilma.  Uża l-bqija tal-għaġina biex tiksi t-torta u għafas it-truf ħalli jingħalqu sew.

8.       Aqta line fil-wiċċ tal-għaġina minn fejn joħroġ il-fwar.

9.       Ippinzella l-wiċċ bil-bajda mmħabbta u ferrex ftit ġunġlien fil-wiċċ.

10.     Sajjar għal madwar 50 minuta sakemm l-għagina tkun saret u ħadet kulur dehbi!


Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK