Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"Twaħħlux fl-immigranti għall-problemi soċjali fil-lokalitajiet"

Michela Catania  -  14/09/17 01:25 PM

Il-Grupp Solidarjetà mal-Migranti stqarr li għalkemm jifhem li qegħdin jikbru t-tensjonijiet f’għadd ta’ bliet u rħula Maltin fejn qed jiżdiedu l-problemi soċjali, m’hemm l-ebda raġuni għaliex ir-residenti għandhom iwaħħlu fl-immigranti għal dawn l-istess problemi.

Fi stqarrija, huwa kkundanna kull protesta ksenofobika immirata lejn membri vulnerabbli tas-soċjetà, li diġà jaffaċċjaw preġudizzji u diskriminazzjoni fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. 

Minflok, il-Grupp ħeġġeġ lill-poplu Malti, inkluż politiċi u figuri pubbliċi, biex jindirizza l-għeruq ta’ dawn il-problemi soċjali. 

Skontu, is-soċjetà Maltija tista’ timxi ‘l quddiem biss jekk jinstabu soluzzjonijiet fit-tul għal problemi bħall-faqar u l-esklużjoni soċjali.