Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mosta

Yendrick  Cioffi  -  14/09/17 08:28 AM

Żagħżugħ ta’ 27 sena, li kien qed isuq mutur, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’  54 sena.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:10am fi Triq l-Aħwa Galea fil-Mosta.

Iż-żagħżugħ minn Ħal Lija ttieħed l-Isptar Mater Dei iżda s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.