Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Aktar klijenti jirbħu mal-Bank of Valletta

Leon  Xuereb  -  02/09/17 11:21 AM

Hekk kif il-kampanja tal-BOV għas-sajf issa daħlet fit-tieni xahar tagħha, il-Bank of Valletta ħabbar it-tieni grupp ta’ erba’ rebbieħa.

Magħżula b’mod każwali minn fost dawk il-klijenti li applikaw għal BOV Visa Classic Card bejn il-11 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu 2017, ir-rebbieħa huma Philip Buhagiar, Jesmond Doublet, Erika Medati u Maria Muscat Dalli.

Chris Degabriele, Kap tan-Negozju tal-kards fil-BOV, akkompanjat mill-Maniġer tal-Fergħa ta’ Ħal Qormi, is-Sur Herbert Catania, ta merħba lir-rebbieħa fil-Fergħa ta’ Ħal Qormi tal-Bank.

Huma ġew ippreżentati b’GoPro (Hero 5) kull wieħed.

Is-Sur Degabriele spjega li l-klijenti kollha li japplikaw għall-BOV Visa Classic Card huma eliġibbli biex jieħdu sehem f’din il-promozzjoni li qed trebbaħ 12-il GoPro (Hero 5) matul il-perjodu tas-sajf. Barra minn hekk, fl-aħħar tal-kampanja, rebbieħ wieħed ixxurtjat se jkun qed jirbaħ Macbook laptop ta’ 12-il pulzier.

Il-kampanja tas-sajf tal-BOV se tibqa’ għaddejja sal-10 ta’ Settembru, b’erba’ GoPros oħra u bil-Macbook laptop x’jintrebħu bħala rigali.

Kull min huwa interessat isir jaf aktar dwar din il-promozzjoni huwa mistieden iżur il-portal tal-Bank, iċempel lill-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 jew iżur kwalunkwe fergħa tal-BOV.

Ritratt: BOV