Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"L-Afrika għandha bżonn aktar inġiniera"

Leon  Xuereb  -  02/09/17 05:00 PM

L-Afrika għandha bżonn aktar enġiniera.

Dan kien il-messaġġ tal-kap ta’ Gearbox, kumpanija bbażata f’Nairobi, waqt konferenza ta’ TEDGlobal fit-Tanżanija.

Kamau Gachigi qal li sas-sena 2050 il-popolazzjoni tal-Afrika se tirdoppja u se jkollha bżonn tibni ekonimiji sostenibli biex tkampa ma’ din iż-żieda.

Gachigi sostna li laboratorji diġitali bħal ma tipprovdi Gearbox huma essenzjali biex dan l-avvanz isir u biex jgħinu lin-nies fl-Afrika jkunu aktar prattiċi u produttivi.

Hu tkellem dwar kif l-enġinier żagħżugħ Simon Wachira kien uża laboratorju biex ħoloq għodda robotika li tista’ tintuża biex jinqatgħu l-injam u l-ħadid, u li llum tintuża’ biex jinħadmu partijiet tal-karozzi.

Eżempju ieħor li ssemma’ kien dak ta’ Esther ta’ 24 sena li permezz ta’ dawn il-laboratorji ddisinjat xugamani tas-sanità li jistgħu jintużaw apposta fl-iskejjel.

It-tielet eżempju li semma Gachigi kien dak ta’ student tal-farmaċewtika li permezz ta’ 3D printer  ħoloq mudelli ta’ CT scans biex ikunu jistgħu jipprattikaw fuqhom l-istudenti qabel jagħmlu operazzjoni fuq tumuri veri.