Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Angela Merkel tirbaħ l-elezzjoni ġenerali tal-Ġermanja

Christoph  Schwaiger  -  24/09/17 06:57 PM

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ġiet eletta għar-raba’ mandat konsekuttiv tagħha fl-elezzjoni ġenerali tal-Ġermanja.

L-alleanza tagħha, CDU-CSU, rebħet 32.5% tal-voti. B’hekk se jibqa’ l-akbar partit ġewwa l-Parlament Ġermaniż.

Merkel ammettiet li dawn l-aħħar erba’ snin ġabu magħhom sfidi kbar, iżda xorta waħda kienet qed tistenna riżultat aħjar, hekk kif il-partit tagħha kiseb l-agħar riżultat mill-1949 ‘l hawn.

Il-partit SPD, li miegħu kellha koalizzjoni, rebaħ madwar 20% tal-voti. Dan ifisser li bħal issa għandu l-inqas saħħa li qatt kellu minn wara l-gwerra. Il-kap tal-partit Martin Shulz qal li dan ir-riżultat ifisser li l-koalizzjoni ma' Merkel issa se tintemm.

Għalhekk, jidher li l-uniku għażla għall-alleanza ta’ Merkel hija li tibni koalizzjoni mal-partit tad-Demokratiċi Liberali Ħelsin (FDP) u mal-partit tal-Ħodor, li rebħu 10.5% u 9% tal-voti, rispettivament.

L-ikbar suċċess fl-elezzjoni tal-bieraħ kien tal-partit tal-lemin estrem, li huwa wkoll partit anti-Islamiku, AfD, li rebaħ iktar minn 13% tal-voti. Dan ifisser li se jkun it-tielet l-aktar partit b’saħħtu fil-Ġermanja. Dan qed ikun meqjus bħala kisba enormi għal partit li fforma biss erba' snin ilu.

Din se tkun l-ewwel darba li partit b'ideoloġija tal-lemin jieħu siġġu fil-Parlament Ġermaniż f'aktar minn 50 sena.

Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Merkel 

Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, feraħ lil Merkel, filwaqt li ħaġġeġ lill-Gvern Ġermaniż ikompli jieħu deċiżjonijiet li huma fl-interess kemm tal-poplu Ġermaniż, kif ukoll tal-poplu Ewropew.