Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Il-PD "moralment obbligat" li jikkontesta l-elezzjoni każwali

Yendrick  Cioffi  -  24/09/17 06:40 PM

Il-Partit Demokratiku qal li minkejja li jaf li ma jistax iżomm lil Adrian Delia milli jidħol fil-Parlament, xorta waħda jħossu “moralment obbligat” li jintervjeni. Fi stqarrija, il-PD stqarr li hu għalhekk li l-kandidati tiegħu se jikkontestaw l-elezzjonijiet każwali fuq is-7 distrett.

Dan wara li llum Jean Pierre Debono ħabbar li se jkun qed iċedi s-siġġu tiegħu fuq is-7 distrett lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Bir-riżenja ta’ Debono, il-probabbiltà hi li jitla’ Sam Abela, li waqa’ meta kellu 1,733 vot. F’każ ta’ elezzjoni każwali, Abela jieħu lura l-voti li kienu trasferiti lil Debono. Kandidat ieħor huwa Antoine Borg. Iżda t-tnejn li huma diġà qalu li jekk ikunu eletti jċedu s-siġġu lil Delia.

Monique Agius u Lee Bugeja Bartolo, il-kandidati tal-Partit Demokratiku fuq dan id-distrett, m’għandhomx ċans li jiġu eletti u għalhekk din kienet l-iżjed triq faċli għal Adrian Delia biex isir Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Partit Demokratiku qal li ż-żewġ kandidati tiegħu ġew eletti bħala parti mill-Forza Nazzjonali bbażata fuq il-prinċipji ta’ governanza tajba u politika nadifa.

Għal darb’oħra, il-PD saħaq li ma għandux fiduċja li l-kap Nazzjonalista Adrian Delia għandu l-kwalitajiet neċċessarji biex jibni fuq dawn il-prinċipji.

L-istqarrija ttemm tgħid li l-PD se jkun qed jgħasses kemm lill-Gvern iżda anke lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u lest li jikkopera iżda jagħmel pressjoni wkoll fejn hemm bżonn.