Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Il-Kattoliċi Ċiniżi jibżgħu li regoli ġodda se joħonqu attivitajiet reliġjużi

.     -  25/09/17 05:00 PM

Regoli ġodda introdotti fiċ-Ċina jgħidu li jekk xi grupp reliġjuż jorganizza xi attivita’ mingħajr permess, jista’ jeħel multa minima ta’ $15,000 u d-dħul mill-ġbir u l-proprjetà fejn issir jistgħu jkunu kkonfiskati. Barra minn dan uffiċjali reliġjużi tal-Gvern jistgħu jitolbu li uffiċjali tar-reliġjon jitneħħew mill-kariga tagħhom. Mexxejja reliġjużi jibżgħu li dawn ir-regoli ġodda li suppost saru biex jipproteġu s-sigurtà nazzjonali se jintużaw biex ifixklu attivitajiet reliġjużi.

Anthony Lam, Segretarju Eżekuttiv tal-Holy Spirit Study Centre ta’ Hong Kong, qal li dawn ir-regoli juru li l-awtoritajiet injoraw għal kollox il-fehmiet espressi mill-komunitajiet reliġjużi waqt il-konsultazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda.

Ir-regoli l-ġodda jagħmlu restrizzjonijiet kbar dwar dawk li jsejħu “postijiet reliġjużi mhux awtorizzati”.

Wieħed jistaqsi jekk f’dar privata ssir sessjoni ta’ meditazzjoni, din tkunx illegali. Dawn ir-regoli se jolqtu kemm il-komunitajiet Insara li jippratikaw fil-moħbi u anki dawk l-attivitajiet li jsiru fil-miftuħ.

Minħabba ħafna toqob fir-regolamenti l-ġodda, anke l-komunitajiet li jaħdmu fil-miftuħ għax il-mexxejja tagħhom jirreġistraw mal-Gvern, jistgħu jintalbu somom konsiderevoli ta’ flus għax l-awtoritajiet iqisu l-postijiet fejn issir l-attività bħala li mhux awtorizzati.

Id-Direttur tal-Iskola tad-Divinità taċ-Chung Chi College fl-Università ta’ Hong Kong qal li l-enfasi fuq “is-saltna tal-liġi” hi maħsuba biex tkabbar il-kontroll fuq l-affarijiet reliġjużi u mhux biex tipproteġi l-libertajiet reliġjużi, kif ipprova jsostni l-Gvern.

It-tema ewlenija ta’ dawn ir-regoli hi li l-entitajiet reliġjużi mhux biss jimxu mal-Kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti, imma wkoll biex jipprattikaw il-valuri tas-soċjaliżmu.

Mhux ċar x’inhu mistenni minn gruppi u istituti reliġjużi jew mill-fidili, u r-regoli aktar riġidi żgur li se jnaqqsu mill-essenza tal-fidi.