Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Iridu li t-trasport tal-iskola jkun b’xejn

Michela Catania  -  25/09/17 09:57 AM

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-miżura tat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskola għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar li ġej, meta jkun ġie implimentat il-baġit għas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-PD kompla jgħid li miżura bħal din mhux biss se ttaffi l-piż finanzjarju fuq il-familji, iżda se tgħin biex jitnaqqsu kemm il-konġestjoni fit-toroq, speċjalment filgħodu u waranofsinhar, kif ukoll it-tniġġis fl-arja.

Il-PD kompla jgħid li din il-miżura, li wiegħed il-Gvern qabel l-aħħar elezzjoni, għandhom igawdu minnha l-għalliema wkoll.

Fl-istess ħin, il-PD ħeġġeġ lill-Gvern li jtejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku, hekk kif numru ta’ rotot qed jinqabżu minħabba nuqqas ta’ xufiera, u li jintroduċi servizz ta’ WiFi b’xejn fuq tal-linja li jkunu jistgħu jgawdu minnu bosta studenti.