Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

​Malti fost dawk li jattakkaw lill-Papa bħala eretiku

Josianne  Camilleri  -  25/09/17 02:42 PM

Philip M Beattie, li ħa sehem fil-mixja kontra ż-żwieġ bejn il-gays, issa jinsab fost is-60 kittieb li qed jattakkaw lill-Papa Franġisku bħala eretiku.

Ma’ Newsbook.com.mt, Beattie qal li xtaq juri s-sogħba tiegħu u d-devozzjoni lejn il-Papa Franġisku fid-dawl ta’ dawk li sejjaħ “ereżijiet imniżżla fl-Eżortazzjoni Apostolika Amoris Laetitia maħruġa mill-Papa” f’Marzu 2016.

Spjega li jemmen li l-Papa jappoġġja u “jippromwovi pożizzjonijiet eretiċi u anti-kattoliċi dwar is-sagrament taż-żwieġ, il-ħajja morali u t-tagħlim kostanti tal-Knisja fuq l-Ewkaristija, u jiftaħ il-bibien beraħ għat-Tqarbin għal min qed jgħix fl-adulterju u f'sitwazzjoni personali irregolari skond it-tagħlim nisrani kattoliku.” 

Agħfas hawn taħt għar-risposta sħiħa ta’ Beattie: 

Ritratt: Arkivji