Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Jessica Magro tirbaħ l-Għanja tal-Poplu 2017

George  Cremona  -  03/09/17 12:38 AM

Jessica Magro hija r-rebbieħa tal-41 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu.

Il-kanzunetta Meta r-ramel jitħallat mas-silġ li rebħet il-festival hi miktuba minn Paul Ellul (lirika) u b’mużika ta’ Pamela Bezzina.

Ma’ Newsbook.com.mt fl-ewwel reazzjonijiet esklussivi tagħha, Jessica qalet li tinsab ferħana se ttir u qatt ma stenniet li se tkun hi li tirbaħ dan il-konkors. Stqarret li tinsab kburija ħafna li waslet s’hawn.

Fit-tieni post ġew il-kantanti Dario u Grecia Bezzina bil-kanzunetta 13, Strada Stretta kitba ta’ Emil Calleja Bayliss u l-mużika ta’ Dario Bezzina

It-tielet post kisbitu l-kanzunetta Rutina tgħallina miktuba u kantata minn Xarulu. Din il-kanzunetta kisbet ukoll il-premju tal-aqwa produzzjoni.

Monika Said rebħet il-premju għall-aqwa interpretazzjoni waqt li Odelsie Camilleri rebħet premju għall-oriġinalita. Ryan Grech kiseb ir-rikonoxximent tal-aqwa kantawtur tas-serata.