Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

X’ma għandux l-iPhone ta’ Trump?

Charmaine  Attard   -  03/09/17 09:02 PM

Minkejja li l-President Amerikan Donald Trump iħobb juża Twitter, ma jfissirx li juża l-internet għal raġunijiet oħra.

Fil-fatt, l-iPhone tiegħu lanqas fih browser.

Trump lanqas juża laptop u bħala sors tal-aħbarijiet jiddependi fuq Fox News fuq it-televixin u anke artikli li jipprintjalu impjegat tiegħu fil-White House.

Qabel din is-sena, Trump kellu Samsung Galaxy S3, u issa li beda juża l-iPhone.  Madanakollu, għandu biss app waħda: Twitter.

Għal min jaħseb li dan ma jistax isir, mhux minnu. Kemm tmur Settings – General – Restrictions u tagħżel hemmhekk x’apps tixtieq li tattiva.

Madanakollu, in-nuqqas ta’ familjarità ta’ Trump mat-teknoloġija, mhix l-unika raġuni li juża app waħda biss. Raġuni oħra hija s-sigurtà, hekk kif il-mowbajl tal-President huwa fil-mira ta’ hackers madwar id-dinja.