Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Farsons jespandi l-għażla tal-Prosecco tiegħu

05/09/17 02:48 PM

Farsons żied il-produttur rinomat tal-Prosecco, Nino Franco, fil-portafoll tal-prodotti tiegħu.

Din il-fabbrika tal-inbid, li tinstab fir-reġjun tal-Veneto, hi magħrufa għall-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid Prosecco. Il-kumpanija Nino Franco, l-eqdem waħda fil-Valdobbiadene, ġiet stabbilita fl-1919 minn Antonio Franco.

L-art agrikola tal-kumpanija ilha tikber u tiġi kkultivata għal tliet ġenerazzjonijiet. Matul is-snin, Primo Franco kompla jtejjeb il-prestazzjoni tal-kumpanija. Dan kien żmien kruċjali għad-ditta.

Hekk kif beda jesporta l-inbejjed b’suċċess fl-Ewropa, l-Amerka, u l-Lvant Imbiegħed, Primo investa fil-produzzjoni, biex il-kumpanija tipproduċi nbejjed ta’ kwalità ogħla, u elimina l-inbejjed komuni għar-reġjun. Sabiex jikseb kwalità ogħla għall-prodott finali, beda jeżamina l-kultivazzjoni tal-għeneb.

Primo Franco kien pijunier fl-esportazzjoni tal-Prosecco. Kien hu li introduċa nbid bil-gass, differenti mix-xampanja, fis-suq internazzjonali. Għamel suċċess mhux biss bil-personalità tiegħu, iżda wkoll permezz tal-inbejjed ta’ kwalità għolja li kien jipproduċi.

Riċentament, rappreżentanta ta’ Nino Franco żaret Malta fl-okkażjoni tar-rappreżentazzjoni lokali l-ġdida minn FBIC biex tmexxi masterclass f’Farsonsdirect.

Il-marka Nino Franco tinsab f’numru ta’ ristoranti, ħwienet tal-inbid u għand Farsonsdirect, l-Imrieħel.