Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Weekend bil-maltemp...imma fi x'ħin?

Charmaine  Attard   -  06/09/17 09:55 PM

L-aħħar previżjonijiet tat-temp qed jindikaw li l-ogħla ċans li nhar il-Ġimgħa tagħmel ix-xita, hu bejn is-2pm u l-10pm.

Skont is-sit FirstMalta, l-aħħar indikazzjonijiet qed jindikaw li jeżisti wkoll ċans ta’ maltempata bis-sajjetti. Dan hekk kif il-“K-index”, li jindika l-possibbiltà li dan iseħħ, huwa pjuttost elevat dakinhar fuq il-gżejjer Maltin.

L-istess sit jgħid ukoll li xi ftit tax-xita rxiex mistennija matul il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd. Madanakollu tkun xita iżolata.

Iktar xita mbagħad tkun mistennija bejn il-Ħadd filgħaxija u t-Tnejn filgħodu kmieni.