Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Qalu li wieħed ok, tnejn tajjeb, tlieta żżejjed

Maria Callus  -  07/09/17 04:44 PM

Hekk kif tħabbar li d-Dukessa ta’ Cambridge kienet qed tistenna t-tielet tarbija, ir-reazzjoni tal-midja fl-Ingilterra kienet waħda kemxejn sorprendenti, almenu għalina f’Malta. Din it-tqala qed titqies minn bosta bħala turija ta’ lussu. Dan minħabba li l-ispiża biex trabbi t-tielet wild fl-Ingilterra saret kbira wisq biex tintrefa’ minn dawk li mhumiex sinjuri sew.

Ftit tax-xhur ilu, il-Gvern ta’ Theresa May għadu kif għadda liġi kontroversjali li tneħħi l-benefiċċji soċjali għat-tielet wild u tillimita l-benefiċċji għall-ewwel żewġt ulied biss. L-unika eċċezzjoni hija jekk il-wild ikun frott ta’ stupru.

Jidher li r-reazzjoni għat-tħabbira tat-tqala rjali ittappnet sew minn din il-kontroversja li għaddejja fost il-familji Ingliżi. Dawn qed jargumentaw li d-Dukessa se jkollha t-tielet tarbija li mhu se jkun jonqosha xejn anke grazzi għat-taxxi tal-poplu Ingliż, u huma ma jistgħux ikampaw mal-ħajja u jagħmlu l-istess.

Sadanittant, mhux kollox ward u żgħar għad-Dukessa li fit-tqala tbati minn hypermenses gravidarum, jew dardir qawwi ħafna li wassalha biex tiddaħħal l-isptar.