Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-maltempata f'filmati u ritratti

Christoph  Schwaiger  -  08/09/17 08:21 PM

Il-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin illum waranofsinhar, attira diversi mowbajls u kameras li minkejja l-elementi ġibdu dak li kienu qed jaraw.

Xita qliel, toroq mgħarrqa fl-ilma, nies jippruvaw jistkennu mix-xita, u oħrajn li jispiċċaw jinħaslu minn xi karozza li tkun għaddejja, tawna mill-ġdid togħma ta' dak li għandna nistennew fix-xitwa li ġejja. 

Qarrejja ta' Newsbook.com.mt bagħtulna ritratti u filmati, filwaqt li l-Uffiċju Meterjoloġiku ta’   Ħal-Luqa ħareġ twissija għall-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ, li jistgħu jkunu qawwija f'xi waqtiet. 

Dan it-temp mistenni jissokta sal-10pm. 

Minħabba l-maltemp, ġew ikkanċellati l-purċissjonijiet ta' Marija Bambina li kellhom joħorġu llejla.

Ritratti: Maltese Road Traffic Updates