Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

BOV: Xiri iktar sigur permezz tal-karti ta’ kreditu

Michela Catania  -  09/09/17 10:21 AM

Illum il-ġurnata, il-ħlas bil-karta ta’ kreditu mhux biss sar konvenjenti, iżda qed jgħin lill-konsumatur iħossu iktar sigur ukoll.

Grazzi għall-karti ta’ kreditu, il-konsumatur ikollu iktar kontroll fuq il-finanzi tiegħu, u fl-istess ħin jeħles mill-inkonvenjent li jġorr flus kontanti fuqu kull fejn imur.

Bank of Valletta (BOV) qed ikompli jserraħ moħħ il-klijenti tiegħu li qed jagħżlu li jħallsu bil-karti ta’ kreditu, billi joffrilhom disgħin ġurnata ta’ protezzjoni fuq ix-xiri tagħhom, taħt il-polza ta' assigurazzjoni tal-bank.

Il-BOV dalwaqt se jintroduċi kards ġodda li ma jeħtiġux kuntatt, biex b’hekk iħaffef l-użu tal-karti ta’ kreditu kemm fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll waqt is-safar.

Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar din is-sistema ta’ ħlas jew dwar il-Programm ta’ Premjijiet għal-Lealtà tal-BOV hawnhekk, fi kwalunkwe fergħa tal-BOV, billi ċċempel liċ-Ċentru għas-Servizzi tal-Klijenti fuq 2131 2020 jew billi tibgħat e-mail lil bovcustomercare@bov.com.