Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​“Aħna nieħdu d-deċiżjonijiet” - Muscat; “Ir-rapport hu spin” - Mizzi

Christoph  Schwaiger  -  12/01/18 09:07 PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa l-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet. Dan meta mistoqsi mill-gazzetta The Times of Malta dwar jekk hux se jieħu azzjoni kontra ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, wara r-rapport li ħareġ ilbieraħ mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, li rrakkomandat li jitneħħew politiċi li ssemmew fil-Panama Papers. 

Dwar ir-reazzjoni tiegħu dwar ir-Rapport tad-Delegazzjoni li ġiet tinvestiga s-sitwazzjoni f’Malta, il-Prim Ministru qal li ma jaqbilx mal-analiżi li saret.

Muscat stqarr li l-aktar ħaġa li laqtitu kienet li l-whisteblower tal-Bank Pilatus ma kinitx is-sors tal-informazzjoni tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Żied jgħid li jaħseb li issa n-nies se jibdew jaħsbu li fil-fatt, m’hemmx sors ta’ informazzjoni.

Sadanittant mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-implikazzjonijiet tar-rapport tad-Delegazzjoni għalih u għall-pajjiż, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal waqt konferenza tal-aħbarijiet li r-rapport ma jgħid xejn ġdid iżda fi kliemu huwa aktar spin mill-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa. Fir-risposta tiegħu, Mizzi tkellem dwar il-profitti tal-Enemalta u dwar tnaqqis fit-tariffi tad-dawl.

F’risposta għal dawn l-allegazzjonijiet, Casa qal li r-rapport jirrappreżenta l-pożizzjoni tal-partiti politiċi kollha fil-Parlament Ewropew. Qal li l-evidenza li Konrad Mizzi huwa ħalliel hija kbira. Temm jgħid li hemm affarijiet oħra li għadhom iridu jiġu żvelati.