Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

3 modi kif tista' ssajjar il-fjur tal-qarabagħali

12/01/18 06:46 AM

Riċetta ta' Karmen Tedesco

Din hija riċetta tal-fjuri tal-qarabagħli li jiġu mimlija u li jiġu verament tajbin. Dawn il-fjuri jinqatgħu meta jkunu għadhom ma fetħux. Hemm tlett taħlitiet differenti li tista‘ tuża. Għandek bżonn 24 fjura tal-qarabagħli. Temperatura tal-forn: 180C,350F, Marka tal-Gass 4

Ingredjenti taħlita 1 

  • 50gr frakk tal-ħobż ismar
  • 4 – 6 tadamiet imqadda mqatta biċċiet

Jew ...

Ingredjenti taħlita 2

  • 100gr tiġieġ kapuljat
  • 50gr frakk tal-ħobż
  • Qoxra maħkuka ta‘ lumija żgħira
  • Mgħarfa merqtux

Jew ...

Ingredjenti taħlita 3

  • 100gr irkotta
  • 12-il żebbuġa imqatta

Metodu:

1. Idlek id-dixx tal-forn biż-żejt taż-żebbuġa.

2. B‘sikkina li taqta agħmel xaqq fil-fjura u neħħi l-qalba.

3. Din se sservi biex jitpoġġa l-mili.

4. Aqta z-zokk.

5. Ġo skudella ħallat flimkien l-ingredjenti tat-taħlita.

6. B‘kuċċarina imla kull fjura bit-taħlita tal-ħobż.

7. Sprejja jew ippinzella kull fjura biż-żejt taż-żebbuġa.

8. Sajjar ġo forn li tkun saħħant minn qabel għall 15-il minuta.

9. Servihom bħala l-ewwel platt waħedhom ma xi slajsis tal-ħobż mixwi jew xi insalata favorita tiegħek.

10. Jekk trid tista‘ ukoll isservihom bħala kontorn ma laħam, ħut jew xi ħaxix ieħor.

Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK