Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Allegri kowċ ta' Chelsea mis-sena d-dieħla?

Cristian  Muscat  -  12/01/18 10:41 AM

Chelsea qed jippreparaw biex isibu s-suċċessur ta’ Antonio Conte fit-tmun tal-klabb wara li skont Il Corriere dello Sport, il-kowċ mwieled Lecce ser jitlaq lill-Blues fl-aħħar tal-istaġun.

Id-diriġenti tal-klabb diġà bdew jaħdmu biex jimlew dan ir-rwol hekk delikat iżda importanti u jidher li l-ogħla awtoritajiet tal-klabb ser jerġgħu jmorru għall-istil Taljan hekk kif imsemmi għal din il-kariga hemm il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri.

Dan tal-aħħar kien anke ssemma’ li fil-passat kien ser ikun manager ta’ Arsenal iżda fl-aħħar mill-aħħar ma seħħ xejn.

Minkejja kollox il-Blues ser jippruvaw jipperswadu lil Allegri jingħaqad magħhom għall-istaġun li ġej filwaqt li jippreparaw kemxa flus biex iktar jiġi attirat minn din l-offerta.