Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ishma ta' Farsons trasferiti fi Trident Estates plc

Charmaine  Attard   -  12/01/18 08:18 PM

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Simonds Farsons Cisk plc tas-27 ta’ Gunju 2017, l-azzjonisti approvaw ‘Spin Off’ tal-ishma ta’ Farsons fil-kumpanija Trident Estates plc. 

Is-‘Spin Off’ qed issir permezz ta’ dividend fejn qed jitqassmu 30 miljun sehem ta’ valur nominali ta’ €1 kull wieħed li Farsons għandha fi Trident lill-azzjonisti tagħha, skont l-ammont ta’ ishma li kull azzjonist għandu f’Farsons. 

Dan id-dividend ilaħħaq is-somma komplessiva ta’ €37,211,000 li huwa ekwivalenti għal €1.2403667 kull sehem ta’ Farsons. 

Dan qed isir minghajr ebda hlas. Għaldaqstant, b’riżultat tas-‘Spin Off’, kull azzjonist ta’ Farsons ser jirċievi sehem fi Trident għal kull sehem li għandu f’Farsons. L- ishma li kull azzjonist għandu f’Farsons mhux ser jintmess.

Il-‘Listing Authority’ approvat il-prospett dwar il-Listing tal-ishma ta’ Trident datat-18 ta’ Dicembru 2017. Dan il-prospett jista’ jitniżżel mis-sezzjoni tal-‘Investor Relations’ mill-websajt ta’ Trident (www.tridentestatesplc.com) jew jinġabar mill-uffiċju ta’ Farsons. 

Kif spjegat hawn fuq, l-azzjonisti ta’ Farsons li isimhom jidher fuq ir-Registru tal-Azzjonisti nhar il-21 ta’ Diċembru 2017 ser jirċievu sehem fi Trident għal kull sehem li għandhom f’Farsons. 

Biex iseħħ dan, intbagħat ‘Share Transfer Agreement’ lil kull azzjonist ta’ Farsons flimkien ma’ talba biex dan id-dokument jiġi ffirmat u mibgħut lura lil Farsons sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Jannar 2018. 

F’każ li dan id-dokument ma jasalx sa din id-data, l-ishma fi Trident ser jiġu mpoġġija fi trust sakemm dan jigi ffirmat. Meta dan id-dokument ikun iffirmat, l-azzjonisti ta’ Farsons isiru wkoll azzjonisti ta’ Trident. 

Huwa mistenni li l-ishma ta’ Trident ikunu kkwotati fuq il-Borża ta’ Malta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2018.​