Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Minn "Make America Great Again" għal "Make America White Again"

Matthew Borg  -  12/01/18 06:47 PM

Il-kummenti tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, dwar pajjiżi oħra qajmu furur fost persuni u diplomatiċi minn pajjiżi differenti.

Ilbieraħ Trump kien qed jiltaqa’ ma’ leġiżlaturi Repubblikani u Demokratiċi biex jintlaħaq ftehim fuq l-immigrazzjoni, meta hu mifhum li l-president ippropona li minflok l-Amerka tilqa’ persuni minn pajjiżi mifnija bil-gwerra, li ntlaqtu minn diżastri natuarali jew minn xi mard, tagħti ċ-ċittadinanza lil migranti min-Norveġja.

Ma’ dan allegatament Trump żied jgħid jistaqsi għaliex l-Amerka qed tħalli lil dawn il-persuni kollha li ġejjin minn pajjiżi deksritti minnu bl-Ingliż bħala “shitholes”, jiġifieri tal-qamel, biex ngħidu hekk.

Il-ġurnal The Washington Post irrapporta li Trump kien qed jirreferi għall-Haiti, El Salvador u l-Afrika.

Is-Senatur tad-Demokratiċi, Dick Durbin, iddeskriva dan il-kumment bħala razzist.

Min-naħa tiegħu Trump fi tweet illum qal li jammetti li uża lingwaġġ goff, iżda m’użax dik il-kelma partikolari.

Durbin, li kien preżenti, qal li kemm ilu jattendi għal-laqgħat ta’ dan it-tip fil-White House qatt ma sema president jitkellem b’dak il-mod.

Dawn huma wħud mir-reazzjonijiet mid-dinja:

Il-Botswana: l-Ambaxxatur Amerikan fil-pajjiż qal li dak kien kumment razzist, irresponsabbli u ta’ min imaqdru.

L-Unjoni Afrikana qalet li tinsab allarmata b’dal-kumment.

Kelliem għad-Drittijiet Umani f’isem in-Nazzjonijiet Magħquda, Rupert Colcille, qal li kien kumment tal-mistħija, u m’hemmx aġġettiv ieħor li tiddeskrivih ħlief razzist.

L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti f’Haiti rrimarka li hi żbaljata l-idea li l-immigranti mill-Haiti fl-Istati Uniti qegħdin hemm biex jieħdu vantaġġ.

Fl-Amerka

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali għall-Avvanz ta’ Persuni ta’ Kulur (NAACP) qalet li l-President qed kulma jmur jaqa’ fin-nassa tar-razziżmu.

Mia Love, l-unika Repubblikan fil-Kungress b’dixxendenza Amerikana u Haitjana, talbet li Trump jitlob skuża għall-kumment li jifred u kattiv tiegħu.

Finalment, il-leġiżlatur Demokratiku Cedric Richmond irrimarka li l-kumment juri li l-islowgan ta’ Trump, Make America Great Again hu fil-verità Make America White Again.