Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

€27 miljun iktar mis-sena 2016 miġbura f'dazju

13/01/18 11:41 AM

Fis-sena 2017, €427 miljun inġabru f'dazju, żieda ta' €27 miljun fuq is-sena ta' qabel.

Dħul Totali 
2015 2016 2017
€404.7 miljun €399.9 miljun €427.1 miljun

Fl-2017 inġabru €800,000 inqas f'dazju fuq l-importazzjoni meta kkumparat mas-sena 2015, dan għaliex il-konsumaturi qed jagħżlu li jixtru minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea minflok minn pajjiżi barra mill-UE. 

Id-Dazju fuq l-Importazzjoni
2015 2016 2017
€15.9 miljun €16.5 mijun €15.1 miljun

Fuq it-taxxa tas-sisa nġabru €33.7 miljun iktar mis-sena 2015, meta tħalli barra l-€20 miljun li huma arretrati tas-sisa mill-Enemalta imħallsin fis-sena 2015.

It-Taxxa tas-Sisa 
2015 2016 2017
€274.5 miljun*  €261.0 miljun €288.2 miljun

*tinkludi €20 miljun miġbura mill-arretrati tas-sisa mill-Enemalta fuq prodotti taż-żejt. 

It-taxxa tal-VAT li nġabret mid-Dwana wkoll uriet tnaqqis ta' miljun ewro meta kumparat mas-sena ta' qabel. Dan jindika li l-konsumatur qed jippreeri jixtri l-affarijiet mill-pajjiżi fl-UE milli minn barra. 

VAT miġbur mid-Dwana
2015 2016 2017
€110.3 miljun €118.8 miljun €117.8 miljun

Taxxi oħra li nġabru f'forom ta' multi jew bħala dħul mill-irkantar jew inkella taxxa fuq il-mogħdija tal-fjuwil minn kontejner għal ieħor (bunkering), fost oħrajn juru żieda ta' €2 miljuni meta kkumparati mal-2015

Oħrajn (taxxa fuq il-bunkering, dħul mill-irkantar, multi, eċċ) 
2015 2016 2017
€4 miljuni €3.6 miljuni €6.0 miljuni