Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Emma Muscat wara l-kwinti f'Amici

13/01/18 06:50 PM

Il-kantanta u studenta tal-Universita żagħżugħa Emma Muscat għaddiet għall-fażi li jmiss fil-kompetizzjoni Amici.

Aktar kmieni llum, Muscat kompliet tikkompeti f’dan il-programm li din id-darba kellu l-vot miftuħ għat-televoting. Il-Maltin kellhom ukoll l-opportunità li jivvutaw permezz tal-internet.

Din id-darba, Muscat interpretat u daqqet id-diska ta’ Tracy Chapman, Fast Car li biha rebħet kontra Luca li interpreta d-diska L'amore ci salverà.

Fl-episodju tal-lum ġie żvelat kif Emma saret ħabiba ħafna ta’ Biondo u Luca u kif mhux qed tħossha daqstant tajjeb mat-tfajliet l-oħra. 

Intwera filmat fejn tidher nota miktuba minn Emma stess u misjuba minn Biondo. 

Waħda mill-istudenti l-oħra, Carmen tgħid li fil-bidu ma kinetx tħossha sew ma’ Emma imma issa ma għandiex iktar problemi magħha. Rudy Zerbi jakkuża lill-istudenta b’ipokrezija filwaqt li din tipprova tiġġustifika ruħha imma ma tiġix emmnuta. 

Iktar kmieni din il-ġimgħa Emma nfaqgħet tibki wara kritika li qalgħet mingħand sħabha stess, hekk kif Zerbi ltaqa' mal-kantanti tat-tim Ferro u saqsihom biex ikantaw l-aqwa diska tagħhom, imbgħad ħalla f’idejn sħabhom tat-tim biex jiġġudikaw wieħed lill-ieħor.