Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Newsline: Il-bejgħ tal-isptarijiet tajjeb jew ħażin għal saħħtek?

Charmaine  Attard   -  13/01/18 08:00 AM

L-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jerġgħu jibdlu l-idejn.

L-ewwel ħadithom id-ditta Vitals Global Health Care (VGH) li ħadd ma kien jaf ta’ min veru hi. Kellhom imexxu l-isptarijiet għal 30 sena. Biegħuhom lil ħaddieħor wara ftit xhur. Dan tajjeb jew le għalina l-pazjenti Maltin li bit-taxxi tagħna nħallsu għalihom?

Waqt Newsline fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt għada fl-10am il-Gvern, il-Partit Nazzjonalista u l-unjin tat-tobba se jkollhom iċ-ċans jgħidu tagħhom.

Waqt l-intervista lill-Prim Ministru Joseph Muscat mill-ġurnalist tal-BBC John Sweeney, il-Prim Ministru ħareġ b’saħħtu jew dgħajjef? Għala ġie deskritt bħala l-Artful Dodger tal-Ewropa? Min kien The Artful Dodger?

Newsline jiddiskuti ma’ Prof. Marc Edge, professur tal-ġurnaliżmu fl-Università. L-intervista, tħallilek l-istess impressjoni jekk tismagħha minflok taraha?

Ilbieraħ delegazzjoni tal-Parlament Ewropew immexxiha mill-MEP Soċjalista Ana Gomes ippubblikat rapport dwar iż-żjara tagħha f’Malta. Fost l-oħrajn qalet li politiċi li ssemmew fil-Panama Papers u fir-rapporti tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) għandhom  jitkeċċew.

Newsline jiddiskuti dan ir-rapport ma’ Dr George Vital Zammit, Deputat Dekan ta’ waħda mill-fakultajiet tal-Università ta’ Malta. Miegħu nitkellmu wkoll dwar il-ktieb Fire and Fury: Inside the Trump White Housefejn l-awtur Michael Wolff jagħti dettalji dwar l-imġiba tal-President Amerikan Donald Trump u l-impjegati tiegħu waqt il-kampanja presidenzjali fl-2016 u anke issa fil-White House.

Newsline, programm li jixxandar fuq RTK 103FM kull nhar ta’ Sibt bejn l-10am u nofsinhar, bi preżentazzjoni ta’ Fr Joe Borg u Manuel Delia.