Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Imut l-eks mexxej tal-Ku Klux Klan

13/01/18 03:08 PM

Edgar Ray Killen, l-eksmexxej u organizzatur tal-Ku Klux Klan, il-grupp estremista u razzista Amerikan, miet sitt ijiem qabel għalaq 93 sena, il-Ħamis li għadda fid-9pm.

Killen kien instab ħati bil-qtil ta’ tliet ħaddiema taċ-ċivil f’dak li hu magħruf bħala l-qtil ta’ ‘Mississippi Burning’ fl-1964.

Huwa kien qed isservi tliet sentenzi konsekuttivi ta’ 20 sena –il waħda. 

Killen kien instab ħati wara 41 sena mill-mewt ta’ James Chaney, Michael Schwerner u Andrew Goodman li dak iż-żmien kollha kellhom fuq l-għoxrinijiet.

It-tliett ħaddiema kienu qed jinvestigaw il-ħruq ta’ Knisja viċin Philadelphia, u l-qtil tagħhom kien ixxokkja l-pajjiż u kien wassal għall-Att tad-Drittijiet Ċivilli tal-1964. 

Killen kien instab ħati meta kellhu 80 sena fl-2005 quddiem ġurija ta’ 9 persuni bojod u 3 suwed.