Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Jitlef ħajtu r-raġel li baqa' dieħel f'ċint il-Qrendi

Matthew Borg  -  13/01/18 05:21 PM

Ir-raġel li aktar kmieni llum baqa' dieħel f'ċint il-Qrendi bil-vettura li kien qed isuq miet.

Kelliem għall-Pulizija qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq San Mattew, limiti tal-Maqluba.

L-Irlandiż kellu 56 sena u kien joqgħod l-Imqabba.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ssejħu fuq il-post biex jaqilgħu lir-raġel li weħel fil-karozza u biex jingħata l-ewwel għajnuna.

Huwa ttieħed Mater Dei, iżda miet ftit tal-ħin wara.