Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Attakki redikoli fuq politikanta li qed topponi d-dekriminaliżazzjoni tal-abort

.     -  17/01/18 05:00 PM

Maria Caulfield li għadha kif inħatret Viċi Chairwoman tat-taqsima tan-Nisa tal-Partit Konservattiv Ingliż sfat kritika bl-aħrax minn dawk li huma favur l-abort li attakkaw il-ħatra tagħha f’din il-kariga.

Caulfield li se tkun responsabbli biex tara li tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Partit Konservattiv qed topponi id-dekriminaliżazzjoni tal-abort permezz ta’ liġi li effettivament tneħħi kull regolamentazzjoni dwar din il-prattika.

Għalkemm l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li l-maġġoranza jaqblu magħha, il-ħatra tagħha qajjmet maltempata qawwija fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali u Twitter u minn attivisti favur l-abort.

BPAS, l-akbar organiżazzjoni li tagħmell aborti fl-Ingilterra qalet li kienet diżappuntata bil-kbir b’din il-ħatra u kkritikat lil Caulfield għax qalet li “rrid inkun vuċi għat-trabi mhux mitwielda”.

Min-naħa tagħha hi wieġbet għal din il-kritika billi qalet li “jien u l-kollegi tiegħi li jaħsbuha bħali mhux se nagħlqu ħalqna milli nagħtu vuċi lil min m’għandux u għalhekk irridu liġi umana li mhux biss tagħraf id-drittijiet tal-mara imma d-drittijiet u d-dinjita’ tat-tfal mhux mitwielda”.

L-Editur Politiku tal-BBC, Laura Kuenssberg iddeskriviet il-ħatra ta’ Caulfield bħala “żelqa” filwaqt li fi programm ieħor tal-BBC ntqal li gruppi favur id-Drittijiet tan-Nisa ikkritikaw din il-ħatra u jqisuha bħala “xokk”.

Madankollu Caulfield wieġbet li “l-liġi preżenti toffri salvagwardja għax tipproteġi nisa vulnerabbli li tista’ ssirilhom pressjoni mill-partner jew membri tal-familja biex jagħmlu abort. Fis-snin li ili membru parlamentari qatt ma ġiet fuqi mara li qalet li qed issibha diffiċli tagħmel abort.  Jien mhux se niġġudika lil min jagħżel li jagħmel abort imma bħala leġislatur jien inkwetata li bidla fil-liġi se tolqot negattivament nisa vulnerabbli jew trabi bniet u għalhekk għandi kull dritt nitkellem dwar dan. Tkun ġurnata sewda għal pajjiżna jekk ma jistax ikollok opinjoni differenti minn oħrajn. Li tgħid li xi ħadd li għandu opinjoni differenti ma jistax jirrappreżenta lin-nies hi redikola”.

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Ingilterra li sar f’Ottubru li għadda juri li l-maġġoranza kbira tan-nisa ma jridux li l-abort ma jibqax reat kriminali u numru kbir ieħor iridu li jkun hemm aktar restrizzjonijiet fuq l-abort.