Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Tinqaleb karozza f'Għawdex, 2 iweġġgħu gravi

17/01/18 08:07 PM

Żewġ żgħażagħ Għawdxin weġġgħu gravi wara li nqalbu bil-karozza fit-triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30pm.

Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mix-Xagħra, li laqat is-central strip u b’konsegwenza t’hekk inqalbet il-karozza. Passiġġiera miegħu kien hemm tfajla ta’ 17-il sena minn Għajnsielem.

Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.