Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

“Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jintervjeni fl-investigazzjoni dwar il-Bank Pilatus”

Nicole  Borg  -  18/01/18 02:17 PM

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qed isejjaħ lill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) biex jintervjeni fl-investigazzjoni tal-Bank Pilatus, hekk kif qal li rċieva aktar evidenza li fi kliemu turi li l-Bank twaqqaf speċifikament għall-ħasil tal-flus.

L-Ewroparlamentari qal li l-impjegati tal-bank jiġu mġiegħla jiffabbrikaw traċċi ta’ karti li jiġġustifikaw tranżazzjonijiet suspettużi wara li jseħħu.

Għaldaqstant huwa ġibed l-attenzjoni tal-Bord Superviżorju tal-ECB sabiex jaraw l-iktar rapport riċenti ppubblikat mid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew lil Malta.

Ir-rapport jitlob lill-ECB sabiex jintervjeni fl-assessjar ta’ kif Pilatus tħalla jżomm il-liċenzja provduta mill-Unjoni Ewropea u jara kemm hu possibli li din l-istess liċenzja tiġi revokata.

Casa stqarr li l-għajta tiegħu sabiex l-ECB jintervjeni fil-każ tal-Bank Pilatus issa qed issir ukoll mir-rappreżentanti tal-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew.