Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Franza 2018: Is-sena tal-privatizzazzjonijiet

05/01/18 01:30 PM

Franza 2018: Is-sena tal-privatizzazzjonijiet

Is-sena li għadha kif bdiet mistennija tkun ferm attiva fejn għandu x’jaqsam proċessi ta’ privatizzazzjoni fi Franza. Dan hekk kif il-President Macron qed ifittex li jbigħ assi f’kumpaniji importanti bl-għan li jiffinanzja proġetti ta’ nfiq f’diversi aspetti ekonomiċi u soċjali. Franza għandha kontroll sħiħ jew parzjali f’aktar minn 80 kumpanija, għal valur li jlaħħaqil-100 biljun ewro.

Dawn l-investimenti huma mill-aktar diversifikati, bħal kumpanija tad-difiża Safran, il-manifattur tal-karozzi Renault, il-kumpanija li tipproduċi l-enerġija Engie kif ukoll Orange, li hija kumpanija popolari fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.

Iżda l-aktar ass strateġija fiċ-ċentru tal-attenzjoni huwa ċertament il-kumpanija Aéroports de Paris, li hija l-proprjetarja taż-żewġ ajruporti prinċipali f’Pariġi, iċ-Charles de Gaulle kif ukoll Orly. Skont sorsi qrib il-Gvern, l-Istat appunta lill-Bank of America Merril Lynch biex jesplora l-possibbilitajiet tal-bejgħ ta’ ADP.

L-Istat għandu ftit aktar minn 50% tal-ajruport, li għandu kapitalizzazzjoni fis-suq ta’ 15-il Biljun ewro.Vinci, it-tieni l-akbar azzjonist f’din il-kumpanija, għandu anqas minn 8%. Dan il-bejgħ jista’ jkun politikament sensittiv għaliex huwa parti mill-infrastrututra strateġika tal-pajjiż u jista’ jkun hemm oppożizzjoni mill-unions u l-partiti tax-xellug estrem.

Dan il-proċess se jkun sfida kbira għall-President Macron u se jkun indikatur importanti tas-saħħa li għandu biex iwassal fi Franza riformi importanti li jpoġġu l-pajjiż fuq sisien aktar sodi u moderni għas-snin li ġejjin.

Imblukkat il-bejgħ ta’ Moneygram

Kumitat appuntat mill-Gvern Amerikan irrifjuta li jagħti l-kunsens biex il-kumpanija Amerikana tat-trasferiment ta’ flus MoneyGram International tinxtara mill-kumpanija tas-servizzi finanzjarji Ċiniża Ant Financial. Dan huwa l-aktar ftehim ma’ kumpanija Ċiniża li twaqqaf mill-amministrazzjoni tal-President Trump.

Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kumitat dwar l-Investimenti fil-projbizzjoni ta’ dan il-ftehim hija dik ta’ raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, billi Ant Financial tista’ tingħata aċċess għall-dejta personali ta’ utenti Amerikani.

Ant Financial kienet se tħallas mal-1.2 biljun dollaru Amerikan għall-MoneyGram. Dan ir-rifjut huwa daqqa ta’ ħarta għall-Jack Ma, il-Kap Eżekuttiv ta’ Alibaba Grop Holding Ltd, li kien qed ifittex li jespandi l-qawwa tal-kumpanija tiegħu fost kompetizzjoni domestika qawwija mir-rivali Tencent Holding Ltd, li għandha l-pjattaforma ta’ Ħlas We Chat.

Ma, ċittadin Ċiniż li huwa meqjus bħala qrib ħafna tat-tmexxija tal-PArtit Komunista, kien wieħed lil Trump li kien se joħloq mal-miljun post tax-xogħol fl-Istati Uniti.

Hekk kif din id-deċiżjoni ġiet magħmula pubblika, l-ishma ta’ MoneyGram niżlu b’aktar minn 8% għal ftit aktar minn $12. Mill-elezzjoni tal-President Trump, il-Gvern Amerikan adotta pożizzjoni iebsa fuq il-bejgħ ta’ kumpaniji Amerikani liċ-ĊIniżi, fi żmien li Trump qed ipoġġu pressjoni fuq iċ-Ċina biex tgħin fl-indirizzar tal-ambizzjonijiet nukleari tal-Korea ta’ Fuq kif ukoll biex tagħti aktar libertajiet lill-kumpaniji u investituri Amerikani li joperaw f’dak il-pajjiżi.

Pokemon Go issa għaċ-Ċina wkoll

Ħafna qarrejja ċertament jiftakru l-ferneżija f’posta pajjiżi Ewropej, u anke f’Malta, ta’ nies ta’ kull età jfittxu bil-mobile tagħhom il-karattri “mostrużi” ta’ Pokemon Go madwar it-toroq u postijiet pubbliċi: iżda filwaqt li din il-ferneżija jidher li battiet xi ftit fl-aħħar xhur, l-utenti Ċiniżi kienu għadhom jistennew l-opportunità li jilgħabuha.

Flaħħar, Niantic, il-kumpanija li żviluppat din il-logħba ta’ augmented reality, ħabbret li se tkun tista’ tniedi Pokemon Go hemmhekk wara li laħqet ftehim mal-kumpanija lokali NetEase. Ir-regolamenti Ċiniżi li jkoprtu kontenut online jeżiġu li ditti barranin isibu sieħeb lokali qabel ma’ jniedu prodotti jew servizzi diġitali fil-pajjiż.

Niantic għadha ma speċifikatx meta Pokemon Go se tkun disponibbli fiċ-Ċina, li huwa l-akbar suq fid-dinja fil-qasam tal-mobile. Pokemon Go tniedet fl-2016 u wasslet għal dħul fenomenali għal Niantic. L-espansjoni fiċ-Ċina ġiet f’mument kruċjali hekk kif l-entużjażmu fil-bqija tad-dinja għal logħba batta sostanzjalment.

Barra minn dan, fl-aħħar xhur, bejgħ ta’ bonds mill-kumpanija wassal għal dħul ta’ 200 miljun dollaru.

Intant, l-istess kumpanija ħabbret li l-logħoba kbira li jmissha tniedi fis-suq fix-xhur li ġejjin hija waħda bbażata madwar l-istejjer ferm popolari ta’ Harry Potter.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltdwww.mpmci.net Tel. 21493250. Tista' tirċievi l-artiklu b'xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.