Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ħatriet maniġerjali ġodda fil-Bank APS

12/02/18 09:24 AM

Tliet nisa għadhom kif ingħataw rwoli maniġerjali ġodda fi ħdan il-funzjonijiet tal-Bank APS, fl-oqsma tal-Operat u l-Finanzi. Permezz ta’ din il-mossa, il-bank jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-ugwaljanza fil-post tax-xogħol. 

 


Dorianne Farrugia, Senior Manager (Operations), hija responsabbli għall-ippjanar u l-management tal-back-office li jinkludi cash & cheque clearing, servizzi ta' kreditu u wealth management. Hija għandha B.A. fl-Istudji taż-Żgħażagħ u tal-Komunità) mill-Università ta' Malta u bħalissa qed tistudja għall-Master's in Business Administration. Hija għandha 22 sena esperjenza fl-industrija bankarja, l-aktar riċenti bħala Business Manager u Head of Supply Services.

Heidi Borg, Manager fir-Reporting Regolatorju (Finanzi) ħadmet fit-Taqsima tal-Finanzi mill-2001 u għandha Diploma Avvanzata fl-Immaniġġjar tar-Riskju u l-Assigurazzjoni. Hija tassumi r-responsabbiltà għar-rappurtar regolatorju, il-lista tal-pagi u diversi rapporti ad hoc.

Maria Buttigieg, il-Maniġer fil-Management Accounting (Finanzi) ilha taħdem għall-Bank mill-2008. Hija għandha l-kwalifika tal-Association of Chartered Certified Accountants, bdiet il-karriera tagħha f'servizzi ta' verifika u assigurazzjoni ma' ditta tal-awditjar, u għandha għaxar snin esperjenza fl-industrija tas-servizzi finanzjarji. Hija responsabbli għat-tħejjijiet ta' kontijiet maniġerjali ta' kull xahar u tissorvelja l-funzjoni ta' kontabilità ta' kuljum tal-Bank APS.

Dawn il-ħatriet isegwu l-kummenti magħmula mill-Kap tal-Istrateġija u l-Marketing tal-bank, Hervé Delpech, f'seminar reċenti organizzat mill-"100 Nisa fil-Finanzi" u appoġġjat minn APS Bank fejn qal li, “l-APS qed jieħu d-diversità sesswali fuq il-post tax-xogħol b'mod serju ħafna u bħala organizzazzjoni progressiva, il-bank huwa impenjat li jħeġġeġ aktar lill-impjegati nisa biex jidħlu aktar f'impenni maniġerjali”.