Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Inċident fatali bejn żewġ ferroviji fl-Awstrija

Matthew Borg  -  12/02/18 05:28 PM

Minn tal-inqas persuna mietet u hemm 22 oħra midruba meta żewġ ferroviji ħabtu fl-Awstrija ftit wara nofsinhar.

L-inċident seħħ qrib l-istazzjon ta’ Niklasdorf, meta waħda mill-ferroviji laqtet il-ġenb tal-ferrovija l-oħra.

Kelliem għall-Pulizija Awstrijaka qal lill-midja internazzjonali li l-mejta hi mara, u fost il-midrubin hemm tlitt itfal.

Ritratti mix-xena juru l-ġenb ta’ ferrovija tal-EuroCity mtajjar, u ferrovija reġjonali Awstrijaka wieqfa ħdejha.

Kelliem għas-Salib l-Aħmar qal li b’kollox marru fuq il-post tal-inċident 19-il ambulanza u żewġ tobba tal-emerġenza, u 17-il persuna ttieħdu fi sptarijiet differenti biex jikkurawlhom ġrieħi ħfief.

Ir-raġuni tal-inċident għadha mhix magħrufa.